Pjazza San Franġisk se tinfetaħ sas-sajf – Camilleri

MGOZ - Joseph Mercieca

Read in English.

Pjazza San Franġisk se tkun miftuħa għat-traffiku sas-sajf li ġej, skont il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri.

Fi stqarrija, il-Ministeru għal Għawdex qal li bħalissa qed jitpoġġew iċ-ċangaturi f’din il-pjazza fir-Rabat Għawdex.

Camilleri spjega li se jkunu qed jiġu evalwati l-proġetti infrastrutturali li qed isiru madwar Għawdex sabiex jingħataw spinta, u l-proġetti li huma miftuħin jitlestew.

Tkellem mal-kuntrattur f’San Franġisk u qallu li l-proġett irid jimxi “b’pass aktar mgħaġġel.”

Il-proġett fir-Rabat se jikkumplimenta l-proġett tat-taraġ ta’ San Franġisk, kif ukoll iċ-ċentru tas-saħħa l-ġdid li qed isir fil-binja ta ħdejn it-taraġ.