​Pjanti ġodda għal 6 lokalitajiet oħra

Bormla, Ħ’Attard, San Ġwann, Birżebbuġa, Santa Venera u x-Xewkija f’Għawdex huma s-sitt lokalitajiet il-ġodda li ntgħażlu mill-Gvern għat-tħaddir tal-komunitajiet.
Il-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat spjega li l-allokazzjoni sħiħa sal-lum telgħet għal madwar nofs miljun ewro bi 15 il-komunità li gawdew jew se jgawdu minn pjanti ġodda biex isebbħu l-lokalitajiet.
Spjega li l-Gvern se jkompli jestendi din l-iskema biex issir waħda nazzjonali. Fl-istess waqt esprima d-diżappunt tiegħu li jkun hemm persuni li jivvandalizzaw dawn il-pjanti, jew oħrajn jintelqu.
Ritratt: DOI – Pierre Sammut