Pjanti fid-djar għal min irid ħxejjex organiċi

SOS Malta nediet proġett li se jgħin biex min irid ikabbar il-ħxejjex organiċi f’daru jkollu l-mezzi, l-ideat u t-tagħrif meħtieġ.

Minbarra l-benefiċċji ta’ prodott ġenwin, dan il-proġett se jwassal biex tiżdied il-ħdura fl-ambjent urban li ngħixu fih. Dan għaliex il-pjanti se jkunu jistgħu jitkabbru anke fi spazji ristretti bħal btieħi żgħar.

L-SOS Malta qalet ukoll li dan il-proġett se jwassal biex tkun użata inqas enerġija fil-produzzjoni tal-ħxejjex kif ukoll jonqsu l-ispejjeż biex wieħed jipproduċi prodott ġenwin.