Pjanijiet rivoluzzjonarji għall-Formula 1

Ġew żvelati l-pjanijiet ġodda li se jġibu rivoluzzjoni fil-Formula 1 fl-2021. Se jiġu ntrodotti regoli ġodda tekniċi, finanzjari u fl-isport inġenerali. Dan se jsir f’attentat biex it-tlielaq isiru aktar drammatiċi.

Jean Todt, il-president tal-FIA qal li r-rekoli ġew approvati unanimament mill-Kunsill Dinji nhar il-Ħamais.

Todt iddeskriva din il-ġurnata bħala waħda speċjali ħafna. Żied jgħid li l-kampjonat b’dawn ir-regoli se jkun aktar missielet u mhux se jkun daqsekk prevedibbli.

Għall-ewwel Ferrari opponew għal dawn ir-regoli u kellhom ċans ħamest ijiem biex jesprimu l-opinjoni tagħhom. Iżda fi stqarrija, it-tim qal li dan hu punt tajjeb minn fejn wieħed jibda’ biex jirrinova l-isport. Qalu li jixtiequ jaħdmu flimkien biex ikomplu jmexxu l-isport ‘l quddiem.