Pjanijiet biex frodi b’muniti virtwali jkollhom piena ta’ ħabs

frodi muniti virtwali ħabs

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili tal-Parlament Ewropew (PE) approva pjanijiet biex f’każ ta’ frodi f’pagamenti mhux b’kontanti bħal pagamenti bil-muniti virtwali, karti tal-kreditu, skimming jew phishing, ikun hemm piena massima ta’ erba’ xhur ħabs.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew tal-istess Kumitat qalu li d-differenzi fil-liġijiet tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea (UE) jistgħu jwasslu biex jostakolaw il-prevenzjoni, is-sejba u l-piena għal dawn ir-reati.

Ir-regoli l-ġodda se jinkludu wkoll tranżazzjonijiet bil-muniti virtwali, titjib fil-koperazzjoni transkonfinali bejn pajjiżi tal-UE u tisħiħ tal-assistenza għall-vittmi tal-frodi. L-istqarrija tirrimarka wkoll li se jseħħ sforz biex tittejjeb il-prevenzjoni u ż-żieda fl-għarfien permezz ta’ kampanji edukattivi.