Pjan ta’ riġenerazzjoni għal Birżebbuġa, konsultazzjoni dwar Wied iż-Żurrieq

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qed tħejji pjan dettaljat ta’ riġenerazzjoni ta’ Birżebbuġa.
Dan qalu l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Herman Schiavone.
Mizzi qal li dan il-pjanjinkludi l-installazzjoni ta’ open shower fil-Bajja s-Sabiħa ta’ Birżebbuġa, liema shower se tkun tista’ tintuża mill-pubbliku, inkluż it-turisti.
Intant, fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Stefan Zrinzo Azzopardi, Mizzi qal li l-Ministeru għat-Turiżmu flimkien mal-Foundation for Tourism Zone Development se jkunu qed jikkonsultaw dwar tiġdid għal Wied iż-Żurrieq.