“Pjan komuni għad-difiża jinjora l-interessi tal-pajjiżi newtrali” – Alfred Sant

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew, Alfred Sant, tkellem kontra pjan komuni Ewropew għad-difiża li fi kliemu jinjora l-interessi tal-pajjiżi newtrali.
Waqt id-dibattitu “Il-Pjan Ewropew ta’ Difiża u l-Futur tal-Ewropa’ li sar fil-Parlament Ewropew, Sant qal li jaqbel li l-industrija militari Ewropea timbotta favur armonizzazzjoni tas-suq tal-armamenti iżda saħaq li dan ma jiġġustifikax ‘pjan ta’ difiża komuni.”
L-MPE qal li s-sigurtà esterna u s-sigurtà interna mhux differenti minn xulxin u għalhekk inisista li dan il-pjan mhux ta min iwettqu.
Sant qal li pjan Ewropew ta’ difiża jaħdem tajjeb biss jekk ikun ibbażat fuq definizzjoni ċara ta’ x’inhuma l-interessi komuni tal-UE fid-difiża u sigurtà.
“Din id-definizzjoni għadha ma nħolqitx b’mod koerenti,” temm jgħid l-Ewroparlamentari.