Pjan governattiv ġdid għall-Italja; sfidi għall-Ewropa

Il-Partit Ewro xettiku tal-Ħames Stilel flimkien mal-Lega lbieraħ qablu fuq il-bażi tal-ftehim ta’ kif se jitmexxa l-Gvern Taljan.
Il-pjan mistenni jwassal għat-tnaqqis tat-taxxi, iż-żieda fin-nefqa għall-benesseri tas-soċjetà kif ukoll qed jipproponu wħud mill-akbar sfidi għall-Unjoni Ewropea minn Brexit.
Il-mexxej tal-Partit tal-Ħames Stilel, Luigi Di Maio u l-mexxej tal-Lega, Matteo Salvini ilhom jiddiskutu agenda politika komuni fil-koalizzjoni li se tkun qed tmexxi l-Gvern Taljna sabiex iwaqqfu l-istaġnar politiku li ħakem il-pajjiż għal dawn l-aħħar 10 ġimgħat.
Ilbieraħ ġie revedut il-pjan u waslu għal ftehim, liema pjan se jiġi ppreżentat lill-President Sergio Mattarella sa nhar it-Tnejn li ġej.
Skont sorsi viċin il-Partit tal-Ħames Stilel li tkellmu mar-Reuters, il-pjan ma fih l-ebda referenza għall-possibiltà li l-Italja toħroġ mill-Unjoni Ewropea.
Ritratti: Reuters