Pjan għal 23 turbina tar-riħ fil-Montenegro

Il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi qal li proġett ġdid bejn l-Enemalta u Shanghai Electric Power se jikkonsisti f’23 turbina tar-riħ fil-Montenegro.
Fi stqarrija, Mizzi qal li dawn it-turbini se jiġġeneraw madwar żewġ megawatt il-wieħed f’proġett li huwa mifrux fuq medda ta’ tmien kilometri u nofs fin-Nofsinhar tal-Montenegro. Qal li hu stmat li l-proġett se jqum €70 miljun.
Fi żjara f’Montenegro, il-Ministru għall-Enerġija Mizzi ra l-progress li għaddej fuq il-proġett il-kumpanija International Renewable Energy Development Ltd (IRED) flimkien ma’ investituri oħra, li huma l-Enemalta Plc, Envision u Vestigo.
Mizzi spjega li t-turbini mistennija jitilqu lejn is-sit lejn l-ewwel kwart tas-sena d-dieħla.
Ritratt: MEW