Pjan biex l-Epatite Ċ tinqered għalkollox minn Malta

Tnieda pjan nazzjonali sabiex sal-2025 l-Epatite Ċ tinqered għalkollox minn Malta.
Dan ħabbru aktar kmieni llum il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, waqt konferenza tal-aħbarijiet, meta fakkar li l-kura għal dil-marda nħolqot fl-aħħar snin, iżda kienet tiswa madwar €75,000 għal kull trattament tal-mediċina.
Issa l-mediċina ġiet innegozjata bi prezz aħjar u b’hekk se tkun qed tingħata lil firxa akbar ta’ pazjenti kull sena, biex sal-2025, dan il-vajrus ikun elimnat minn Malta.
“Il-pjan nazzjonali għall-eliminazzjoni tal-Epatite Ċ, ma jinkludix biss it-trattament, iżda jinkludi wkoll pjan għall-prevenzjoni, edukazzjoni u dijanjosi kmieni,” qal id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.
F’Malta hawn madwar 1,000 persuna li tbati bl-Epatite Ċ, fi stadji differenti.