Pizza taċ-ċikkulata

Ingredjenti (għal 6 porzjonijiet)

2 kuċċarini butir imdewweb bla melħ

90g krema taċ-ċikkulata u l-ġellewż

160g biċċiet żgħar taċ-ċikkulata

2 biċċiet tondi taċ-ċikkulata

2 biċċiet tondi taċ-ċikkulata bajda

ġellewż inkaljat u mfarrak għal wiċċ

460g għaġina tal-pizza

Għall-għaġina tal-pizza

130ml ilma fietel

2 kuċċarini ħmira (trab)

250g dqiq

daqs kuċċarina melħ

3 mgħaref żejt

Metodu

Qabel tibda tipprepara r-riċetta saħħan il-forn jaħraq għal temperatura ta’ 230˚Ċ.

Iibda billi tiksi tray tal-forn biex meta taħmi l-pizza ma teħilx. Agħmel l-għaġina f’ċirku, poġġiha fuq it-tray u ħofor żgħar f’xi partijiet minnha. Idlek il-wiċċ bil-butir imdewweb u sajjar għal madwar 20 minuta sakemm tieħu kulur dehbi. Kif toħroġha mill-ewwel idlek il-wiċċ bil-krema taċ-ċikkulata u l-ġellewż u ferrex il-biċċiet żgħar tondi taċ-ċikkulata fil-wiċċ. Mill-ġdid erġa’ daħħal fil-forn għal madwar minuta sakemm iċ-ċikkulata tibda ddub. Imbagħad ferrex il-ġellewż fil-wiċċ..

L-għaġina tal-pizza

Fl-ilma sħun ħallat il-ħmira u ħalliha toqgħod sakemm iddub. Ħallat id-dqiq mal-melħ fi proċessur tal-ikel,  żid iż-żejt u waqt  li l-proċessur ikun għaddej żid it-taħlita tal-ħmira u ħawwad bil-mod sakemm tifforma l-għaġina. Wara aħdimha b’idejk għal minuta fuq wiċċ ta’ mejda. Poġġi l-għaġina fi skutella kbira mdellka biż-żejt, għattiha u ħalliha toqgħod f’post sħun sakemm tirdoppja fil-volum. Oħroġha u ħaddimha biex tifforma f’ballun. Wara tista’ tużaha.