Pizza hi aħjar miċ-ċereali għall-kolazzjon – studju ġdid

Pizza hi itjeb għas-saħħa minn platt ċereali għall-kolazzjon. 
Skont il-professjonistà tad-dieta Chelsey Amer biċċa pizza hi aħjar għas-saħħa u d-dieta minn platt ċereali għall-kolazzjon għax fiha aktar proteini, ingredjenti aktar friski u inqas zokkor. 
Għalkemm iċ-ċereali huma riklamati għall-kolazzjon, iċ-ċereali popolari fih nuqqas ta' valur nutrittiv u ma fihx biżżejjed proteini tgħid Amer. 
Skontha pizza għal kolazzjon tipprovdi bilanċ aħjar ta' proteini, karboidrati, u xaħam minn porzjon ċereali.
Sostniet li ħafna jibqgħu mbellħin meta jsiru jafu u jirrealizzaw li biċċa pizza u platt ċereali bil-ħalib fihom kważi l-istess ammont ta’ kaloriji.
Madanakollu hi saħqet li biċċa pizza ssostni lil dak li jkun għal nofs ta’ nhar aktar minn platt ċereali.
Skont riċerka li saret minn Consumer Report fl-2014 sar magħruf li skont il-qies tal-platt, ħafna nies jieklu 132% aktar minn porzjon ta’ persuna waħda.
Sadanittant biċċa pizza bil-ġobon fiha madwar 272 kalorija, 12-il gramma proteini, 10 grammi xaħam u 4 grammi zokkor.
Amer temmet tgħid li meta wieħed janalizza l-maġġor parti taċ-ċereali li jinsabu għal bejgħ fis-suq jirrealizza li ħafna minnhom għandhom jitneħħew għax fihom ħafna zokkor.
Skont din ir-riċerka jaf ma tagħmilx daqshekk ħażin jekk tiekol biċċa pizza minflok platt ċereali x’ħin tqum filgħodu.
Inti x'tippreferi?