Ingredjenti għall-wiċċ
400g tadam imqatta’, tal-laned
kuċċarina mixed ħerbs nixfin u ftit aktar għal wiċċ
nofs kuċċarina zokkor
ras ta’ tewma
200g mozzarella, jew ġobon ieħor li tiggosta, imqatta’ biċċiet
bżar u melħ
Ingredjenti għall-għaġina
300g dqiq self-raising
kuċċarina baking powder
nofs kuċċarina melħ
300g jogurt
Metodu
Saħħan il-forn għal 220˚Ċ, Gas 7, u daħħal turtiera tal-forn biex tisħon.
Biex tagħmel it-taħlita tal-wiċċ poġġi t-tadam, il-mixed herbs u z-zokkor f’taġen. Qaxxar u għaffeġ it-tewma u żidha fit-taġen. Saħħan fuq nar bati għal madwar 10 minuta sakemm it-taħlita tinxtorob xi ftit. Neħħi minn fuq in-nar u roxx il-bżar u l–melħ.
Biex tagħmel l-għaġina ħallat id-dqiq, il-baking powder u l-melħ u agħmel ħofra fin-nofs. Itfa’ l-jogurt fil-ħofra u ħallat b’furketta. Meta jkollok għaġina magħquda aħdimha fuq wiċċ ta’ mejda sakemm tiġik magħquda bħal ballun.
Aqsam l-għaġina skont kemm trid tagħmel pizza u rrombla l-biċċiet fit-tond.
Oħroġ it-tray mill-forn b’attenzjoni biex ma tinħaraqx u poġġi l-pizza fuqu. Sajjar fil-forn għal 3-4 minuti sakemm tara li qed jogħlew u oħroġhom mill-forn.
Aqleb il-pizza u agħmel it-taħlita tat-tadam fil-wiċċ, bil-ġobon fuq. Roxx ftit bżar u nitfa mixed herbs fil-wiċċ.
Sajjar għal 5 minuti sakemm tara li l-pizza ssir u l-ġobon jinħall.