Pizza bil-ġbejniet

Riċetta ta' Anton B Dougall
Ingredjenti

  • 40gr bżar aħdar
  • 220gr għaġina tal-pizza
  • 30gr ġbejniet bojod nexfin
  • Zalza tat-tadam
  • Mozzarella
  • Żebbuġ iswed bl-għadma
  • Żejt taż-żebbuġa
  • Rignu

Metodu 
1. Idlek l-għaġina miftuħa fit-tond biz-zalza tat-tadam u ferrex il-mozzarella mqattgna f’biċċiet żgħar fil-wiċċ.
2. Qatta’ l-ġbejniet fi slices irqaq u agħmilhom mad-dawra tal-għaġina.
3. Aħsel il-bzar aħdar, qattgħu fi slices irqaq u ferrxu fuq il-mozzarella.
4. Naddaf iż-żebbuġ mill-għadma, qattgħu f’biċċiet żgħar u ferrxu fuq il-bżar aħdar.
5. Roxx ftit rignu fil-wiċċ.
6. Aħmi fil-forn għal madwar 20-30 minuta jew sakemm tara li-pizza ħadet kulur dehbi.
7. Servi bi ftit żejt taż-zebbuġa mferrex fil-wiċċ.
Għall-aktar riċetti minn Anton B Gougall segwi l-programm Ta' Kulħadd fuq RTK 103FM kuljum bejn id-9am u 12pm, jew il-paġna tal-Facebook ta' Anton B Dougall.