Pizza b’differenza; għaġina b’żewġ ingredjenti biss

Riċetta u ritratt: Clayton Brincat

500g Greek yoghurt naturali

500g dqiq self-raising

Ħaddem il-yoghurt u d-dqiq ġo mixer jew b’idejk sakemm tifforma għaġina.

Żid ftit dqiq jekk tkun għadha ftit twaħħal.

Ħalli l-għaġina tistrieħ għal 30 minuta sakemm togħla. Idlek id-dixx b’naqra żejt taż-żebbuġa u iftaħ l-għaġina b’idejk (tużax lembuba).

Fil-wiċċ itfa’ dawk l-ingredjenti li tiggosta.

Importanti ħafna li ssajjar ġo forn sħun minn qabel, f’temperatura ta’ 260 grad għal madwar 15/18 -il minuta.