Pizarro jmur lura ma’ Werder Bremen għall-aħħar darba

Claudio Pizarro ddeċieda li jerġa’ jingħaqad mat-tim mill-Bundesliga għar-raba’ darba u huwa mistenni li jirtira mal-klabb li lagħab miegħu għall-ewwel darba fl-1999. Il-Peruvjan, li huwa l-iktar plejer barrani li skurja gowls fl-istorja tal-Bundesliga b’192 gowl f’446 logħba, iffirma kuntratt marbut mal-wirjiet tiegħu.

Pizarro lagħab ukoll ma’ Bayern Munich f’żewġ okkażjonijiet seperati, kellu staġun diżastruż ma’ Chelsea u qatta’ l-istaġun l-għadda ma’ Cologne fejn skurja gowl wieħed biss f’16-il logħba. Minkejja li kien perikoluż quddiem il-lasta bosta drabi matul il-karriera tiegħu, Pizarro tħalla barra mit-tim nazzjonali Peruvjan li ħa sehem fit-Tazza tad-Dinja.