Piż żejjed iwassal għall-emikranja

Fost l-iżvantaġġi li huma assoċjati mal-ħxuna, tobba fir-Renju Unit żvelaw problemi ġodda li huma relatati mal-ħxuna. Din id-darba, studji juru li persuni obeżi jinsabu f’riskju akbar li jbatu mill-uġiegħ ta’ ras u l-emikranja.

L-istess studju juri li dawk ta’ ċertu piż għandhom id-doppju ċans li jbatu mill-emikranja. Din tal-aħħar taffettwa wieħed minn kull seba’ persuni fir-Renju Unit u l-gvern Ingliż jonfoq maż-żewġ biljun lira sterlina f’kura għal din il-kundizzjoni.

Minn dawk il-persuni obeżi li sar l-istudju fuqhom, 81% kienu jbatu mill-emikranja.