Pixxina u gym ġodda fiċ-ċentru għat-taħriġ tal-adulti

Fiċ-Ċentru għat-Taħriġ tal-Adulti f’Ħal Far qed jinbnew pixxina u gym ġodda.
Waqt żjara f’dan fiċ-Ċentru, il-Ministru għall-Infrastruttura Joe Mizzi qal li dawn ir-riżorsi ġodda se jservu bħala terapija għal persuni li jagħmlu użu minn dawn il-faċilitajiet.
Huwa qal li dan ix-xogħol qed isir bil-għan li l-Aġenzija Sapport tkompli ssir awtonoma.
Ritratt: DOI – Kevin Abela