Tinstab fi kċina ta’ anzjana; tinbiegħ €24 miljun

Pittura li kienet ilha mitlufha għal żmien twil u li tpittret mill-artist Taljan Cimabue fis-seklu 13 inbiegħet għal €24 miljun. Il-pittura kienet instabet fil-kċina ta’ mara anzjana Franċiża. Il-pittura ġabet erba’ dabiet aktar il-valur li ġiet stmatha li se tinbigħ qabel l-irkant.

Dominique Le Coent li hi l-kap tad-dar tal-irkant Acteon ġewwa Senlis fit-Tramuntana ta’ Pariġi qalet li meta jkun hemm pittura ta’ din ix-xorta, wieħed irid jistenna kull xorta ta’ sorpriża. Din hi l-unika pittura ta’ Cimabue li qatt ħarġet fis-suq.

Il-pittura fiha biss 20 b’26cm. Hu mifhum li tagħmel parti minn sett ta’ tmien pitturi tal-istess daqs.