Pittura ta’ Villa Guardamangia fost ir-rigali mogħtija lir-Reġina

Ftit wara l-wasla tar-Reġina Eliżabetta u tal-Prinċep Philip fil-Palazz ta’ San Anton, saru l-iskambji ta’ rigali.
Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, ippreżentat lir-reġina pittura mill-watercolours ta’ Villa Guardamangia, li fiha għexet l-istess Reġina meta kienet għadha Prinċipessa, ftit qabel ħadet it-Tron.
Il-pittura hi xogħol l-artist Edwin Galea.
Lid-Duka ta’ Edinburgh u lill-Prinċep ta’ Wales, ġew ippreżentati selezzjoni ta’ prodotti bnini Għawdxin.
Fuq livell personali, il-President ta’ Malta ppreżentat lir-Reġina, rigal li jissimbolizza r-relazzjonijiet eċċellenti bejn Malta u r-Renju Unit, iddisinjat minn Sunita Mukhi.
Min-naħa tagħha, ir-Reġina Eliżabetta ppreżentat bizzilla tad-deheb, maħduma minn Cluny Lace Company Limited, u Royal Crown Derby fruit bowl lill-President ta’ Malta, u Windsor Hamper lil Edgar Preca.
Ritratti: DOI – Omar Camilleri