Pitt u Jolie jiżżewġu fi Franza qabel waslu Malta

Kelliem għall-koppja Angelina Jolie u Brad Pitt qal li ż-żewġ atturi żżewġu fit-23 ta’ Awwissu li għadda fi Franza.
Jidher li ċ-ċerimonja taż-żwieġ saret f’kappella żgħira fejn preżenti kien hemm biss il-qraba, ħbieb tal-qalb u t-tfal tal-koppja.
Rapporti internazzjonali qalu li kienu t-tfal Maddox u Pax li wasslu lil ommhom fuq l-artal.
Qabel it-tieġ fi Franza, l-istat tal-Kalifornja ħareġ id-dokumenti kollha meħtieġ għaż-żwieġ ċivili. 
Pritt u Jolie waslu Malta lbieraħ wara nofsinhar u baqgħu sejrin Għawdex fejn se jiffilmjaw il-film il-ġdid By The Sea f'Mġarr ix-Xini.