Pitch ġdid għal Marsa FC

DOI / Reuben Piscopo

SportMalta għaddiet pitch numru 5 fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa lill-Marsa FC b’ċens ta’ 49 sena. Din l-art, li għal għadd ta’ snin saru fiha mijiet ta’ partiti, se tkun qed tingħata l-ħajja mill-ġdid.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima qal li dan it-trasferiment juri li l-Gvern qed ikompli jwettaq il-wegħdiet sportivi elettorali tiegħu.

DOI / Reuben Piscopo

Huwa temm billi qal li permezz ta’ dan l-investiment, il-plejers tal-Marsa FC se jkollhom post xieraq fejn jitħarrġu kif ukoll se jagħti iktar ħajja lin-naħa ta’ isfel ta’ Malta. Dan il-pitch se jservi wkoll biex il-klabb jilqa’ tfal u żgħażagħ, u jkompli jiżviluppa f’wieħed ta’ iktar suċċess.