Pistorius: L-appell se jiġi evalwat fid-9 ta’ Diċembru

Fid-9 ta’ Diċembru li ġej, fil-Qorti ta’ Pretoria fl-Afrika ta’ Isfel se jiġi eżaminat u evalwat ir-rikors tal-appell fil-każ ta’ Oscar Pistorius. 
Il-prokura appellat is-sentenza ta’ 5 snin priġunerija għall-qtil tal-mudella Reeva Steenkamp.
Wara tminn xhur, l-imħallef Thokozile Masipa kkundannat lil Pistorius bi qtil involuntarju. 
L-imħallef issa trid tiddeċiedi jekk għandux isir jew le l-appell.  Id-difiża diġà opponiet it-talba tal-prokura.
Dakinhar li nqatgħet is-sentenza, l-imħallef qalet li s-sentenza taħseb li hi l-aktar waħda ġusta kemm fil-konfront tas-soċjetà kif ukoll tal-akkużat.
F’Jum San Valentinu tas-sena li għaddiet, l-atleta qatel lill-għarusa tiegħu, bir-raġuni tkun li fid-dlam ħasibha ħalliel li daħal jisraq.