Pistorius jitpoġġa taħt kap t’akkuża

L-atleta mill-Afrika t’Isfel, Oscar Pistorius tpoġġa taħt kap t’akkuża u jinsab mixli bil-qtil tal-maħbuba tiegħu il-mudella Reeva Steenkamp.

Il-każ se jibda jinstema’ quddiem il-Qorti fi Pretoria bejn it-3 u l-20 ta’ Marzu tas-sena d-dieħla.

Pistorius qiegħed jiċħad li qatel lil Steenkamp b’arma tan-nar, minflok qal li spara għaliex ħaseb li kien daħal xi ħaddieħor mhux magħruf fid-dar.

Fi Frar li għadda, Pistorius kien ingħata l-liberta’ proviżorja biex ikompli bit-taħriġ.

Huwa rebaħ il-medalja tad-deheb waqt il-logħob Parolimpiċi f’Londra u kkompeta wkoll fil-logħob Olimpiku.

Fl-Afrika t’Isfel, Pistorius kien jitqies bħala eroj.