Pistorius jingħata s-sentenza nhar it-Tlieta

Is-sentenza tal-Imħallef fil-każ ta’ Oscar Pistorius, fl-Afrika t’Isfel, mistennija tingħata nhar it-Tlieta.
Dan hekk kif din il-ġimgħa, l-Imħallef qed tisma’ iktar xhieda minkejja li diġà tat il-verdett tagħha x-xahar li għadda.
L-atleta paralimpiku nstab ħati ta’ qtil involuntarju tat-tfajla tiegħu, għalkemm mhux ħati ta’ qtil premeditat.
Skont il-prosekuzzjoni, Pistorius qed jiffaċċja minimu ta’ 10 snin ħabs għalkemm id-difiża qed titlob li s-sentenza jiskontaha f’daru u jingħata xogħol fil-komunità.
Id-difiża sostniet li l-każ fil-Qorti, li ilu għaddej seba’ xhur, faqqar u kisser lill-atleta hekk kif issa spiċċa mingħajr flus.