Pistorius: il-Qorti tiddeċiedi jekk il-Prosekuzzjoni tistax tappella mis-sentenza

Imħallef fl-Afrika t’Isfel għandu jiddeċiedi llum, jekk il-Prosekuzzjoni tistax tappella mis-sentenza mogħtija lil Oscar Pistorius wara l-qtil tat-tfajla tiegħu.
F’Ottubru li għadda, l-atleta paralimpiku ngħata 5 snin ħabs iżda l-Prosekuzzjoni qed tinsisti li din hi sentenza wisq żgħira għar-reat imwettaq.
Pistorius qed iservi s-sentenza tiegħu fl-isptar ta’ Pretoria. Wara 10 xhur jista’ japplika biex iservi l-bqija tas-snin mogħtija, arrestat f’daru.