Pistorius: Il-Prosekuzzjoni tista’ tappella mill-verdett, mhux mis-sentenza

L-Imħallef fi Pretorja, fl-Afrika t’Isfel, iddeċieda li l-Prosekuzzjoni fil-każ ta’ Oscar Pistorius tista’ tappella mill-verdett imma mhux mis-sentenza ta’ ħames snin ħabs.
Il-Prosekuzzjoni dejjem insistiet li s-sentenza mogħtija lill-atleta paralimpiku hi wisq ftit għall-qtil tas-sieħba tiegħu.
Qed tinsisti wkoll li l-atleta għandu jiġi jiffaċċja akkuża iktar iebsa minn dik li ffaċċja, tant li oriġinarjament kienu qed jakkużawh bi qtil premeditat. Madankollu kien instab mhux ħati.
Il-każ issa se jgħaddi fil-Qorti Superjuri tal-Appelli.