Piscopo: Mit-trasport għall-artijiet

Read in English.

James Piscopo inħatar bħala l-Kap Eżekuttiv fl-Awtorità tal-Artijiet. Huwa se jassumi l-irwol ġdid fiż-żmien ġimgħatejn.

Ftit wara li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni fl-2013, Piscopo kien inħatar bħala l-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta wara li għamel żmien jokkupa l-kariga ta’ kap eżekuttiv tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni.

Skont l-istqarrija maħruġa mill-Ministeru għat-Trasport huwa se jkun qed jippreżenta r-riżenja tiegħu lill-Bord tal-Awtorità għat-Trasport fil-jiem li ġejjin.

Kevin Farrugia, id-deputat Chairman ta’ Transport Malta se jkun qed jassumi l-kariga tal-awtorità tat-trasport sakemm jilħaq kap eżekuttiv ġdid li jkun irid jinħatar permezz tal-proċess parlamentari.