Pique lest jirriżenja mit-tim nazzjonali

Gerard Pique tkellem wara r-rebħa li t-tim tiegħu Barcelona kellu fuq LasPalmas bl-iskor ta’ 3-0.
Madanakollu d-diskors tad-difensur Katalan ma kienx fuq il-partita iżda fuq dak li qed jiġri fir-reġjun tal-Katalonja wara r-referendum illi sar fi tmiem ta' din il-ġimgħa.
Huwa fatt magħruf illi kien hemm diversi ġlied bejn dimonstranti u pulizija wara li allegatament il-gvern Spanjol mhux qiegħed jagħraf dan ir-referendum.
Pique kien pjuttost imbikkem u hekk kif sar jaf b’dak li kien qed jiġri minnufih offra r-riżenja tiegħu minn mat-tim nazzjonali għax skont hu bħalissa Spanja mhux magħquda bħala pajjiż wieħed.