Pippo Baudo jikkritika t-televiżjoni Taljana

Ritratt: RAI

Pippo Baudo ħareġ jattakka l-istazzjonijiet televiżivi Taljani u qal li ma jiflaħx aktar jara programmi bi kċejjen u tisjir.

Iddeskriva dan il-perjodu bħala wieħed ta’ kriżi fl-istorja tax-xandir fl-Italja u osserva li t-tisjur fuq it-televiżjoni Taljana qed isiru f’kull ħin tal-ġurnata.

“M’hemmx minn fejn tagħżel. L-iskedi huma kollha l-istess!” qal hu waqt li parti mit-tort ġej mill-fatt li llum il-ġurnata hemm wisq talent shows għaddejjin u minħabba f’hekk qed jonqsu l-ideat u l-ħeġġa biex jinħolqu programmi ta’ kwalità.

Hu qal li meta t-televiżjoni kienet fl-aqwa tagħha, programm ma kienx idum iżjed minn sentejn għaddej għax id-diriġenti kienu jinsistu li jinħoloq xi programm ġdid. Illum il-ġurnata, l-programmi jibqgħu għaddejjin għal snin twal u mhux qed joħolqu għażla li tixraq lit-telespettatur.

Fost dawn semma’ l-programm ta’ Barbara D’Urso Pomeriggio Cinque li ilu għaddej mill-2008.

Fuq nota oħra, Baudo qal li jinsab ħerqan għall-festival ta’ Sanremo li issa għadda f’idejn Amadeus u jemmen li se jkun qed jagħmel xogħol mill-aqwa għall-edizzjoni li se tkun is-70 waħda ta’ dan il-festival.