Pinzellati fil-Mosta

Read in English.

Bejn l-1 u l-14 ta’ Marzu se tittella’ wirja kollettiva fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fil-Mosta bis-sehem ta’ Audrey Vella, Joanne Azzopardi, Judith Dingli, Maria Cauchi, Fabiola Agius Anastasi, Mariuccia Zammit, Josephine Hili, Yvette Carabott, Elena Toncheva, Marita Fenech, Marika Camilleri u Evelina Albanozzo.

Dan il-grupp ta’ artisti jiltaqgħu kull nhar ta’ Ġimgħa ġewwa Palazzo de la Salle, il-Belt Valletta. L-għan huwa li jpinġu flimkien u fl-istess ħin igawdu il-kumpanija ta’ xulxin. Is-sabiħ ta’ dan il-grupp huwa li jieħdu pariri u opinjonijiet mingħand xulxin u kollha jagħmlu xogħol differenti u uniku billi jużaw żejt, acrylic, inka u pastel. Interessanti ninnotaw li dawn it-tnax il mara għandhom teknika u użu tal-mediums differenti minn xulxin. Ix-xogħol ivarja skont l-immaġinazzjoni tagħhom. Hemm min hu versatili u hemm min hu aktar realistiku. Fil-fatt, din il-wirja m’għandhiex tema, minħabba li kull artista setgħet tħossha libera u jkollha spazju fejn tesprimi l-arti tagħha.

Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-Tnejn sas-Sibt mis-6pm sat-8pm u l-Ħdud mill-10am sa nofsinhar u mis-6pm sat-8pm.

L-artisti f’din il-wirja:

Audrey Vella tħoss li l-emozzjonijiet u l-burdati tesprimhom fl-arti tagħha. Joanne Azzopardi tgħid li meta tpinġi toħroġ il-kreattivita` tagħha. Il-kuluri għal Judith Dingli jffisru enerġija u motivazzjoni speċjalment bl-arti asstratta. L-arti ghall-Maria Cauchi hija lingwa ta’ forom, disinji u kuluri li jagħtu l-ħajja lill-imaġinazzjoni, ħsibijiet u l-ideat taghha. Fabiola Agius Anastasi ukoll tħoss li skond il-burdati tal-mument, toħroġ l-esspressjoni. Mariuccia Zammit tgħid li bl-arti taħrab daqxejn mir-realtà ta’ kuljum. Josephine Hili dejjem kienet tħobb tpinġi u wara li kibru t-tfal, setgħet terġa’ tibda tpinji b’mod aktar attiv. Yvette Carabott tuża mediums differenti, tieħu gost tpitter bil-watercolour, u titgħaxxaq bil-kuluri delikati iżda friski. Elena Toncheva tħobb tuża mediums varjati, tekniċi differenti. Marita Fenech issib li fl-arti hi sserraħ il menti u tintilef fix-xogħol li tkun qiegħda tagħmel. Marika Camilleri tgħid li t-tpinġija hi l-akbar passjoni tagħha. Evelina Albanozzo toħrog il-kreatività fl-arti billi tuża kuluri u tekniċi differenti.

Din il-wirja ser tiġi inawgurata minn Mariella Pisani Bencini.