Pink tniedi vidjow emozzjonanti

Nhar it-Tnejn li għadda, permezz ta’ messaġġ fuq l-Instagram tagħha, il-kantanta Pink wegħdet sorpriża lill-fans tagħha.

Din is-sorpriża filfatt waslet fl-aħħar sigħat hekk kif fuq il-midja soċjali tfaċċa l-vidjow ta’ 90 Days, silta merfugħa fl-album tagħha Hurts 2B Human. Magħha f’dan il-vifjo jidher ir-raġel tal-kantanta, Carey Hart.

Il-vidjow ġie deskritt minn bosta bħala wieħed emozzjonanti li jiftaħ bil-kantanta Pink meta marret fil-programm ta’ Ellen DeGeneres u ħabbret li daqshekk tefgħet ritratti jew posts dwar uliedha fuq il-midja soċjali. Imbagħad waqt li għaddejja d-diska naraw mumenti tal-kantanta weħidha jew inkella mar-raġel tagħha.

Il-vidjow mużikali għandu direzzjoni ta’ Remi Bakker, wieħed miż-żeffiena ta’ Pink, li kienet ukoll il-moħħ wara l-kunċett tal-istorja tal-vidjo ta’ 90 Days.