Pink October…aħseb ukoll fl-għoti tad-demm!

Pink October…aħseb ukoll fl-għoti tad-demm!
Dan hu l-messaġġ li s-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed iwassal tul ix-xahar t’Ottubru.
F’dan ix-xahar li fih issir kampanja sħieħa biex jikber l-għarfien dwar il-kura tas-sider, u l-kanċer tiegħu, is-Servizz jixtieq ifakkar li għal raġunijiet diversi għadd ta’ nies, partikolarment nisa, isofru minn dan it-tip ta’ kanċer u għadd minnhom jirċievu trattamenti speċjalizzati li mhux l-ewwel darba jiġu akkompanjati bi trasfużjonijiet tad-demm.
Għaldaqstant b’sens ta’ solidarjetà ma’ dawn il-pazjenti, is-Servizz qed jappella għal iktar donazzjonijiet tad-demm li fil-jiem li ġejjin.
Dawn jistgħu jsiru:
·       fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum (sebat ijiem fil-ġimgħa) mit-8am sas-6pm (l-aħħar reġistrazzjoni sas-6pm).
·         fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħadd 8 t’Ottubru mit-8.30am sas-1pm se jkun fi Pjazza Medjatriċi, Ħaż-Żabbar.
Dakinhar Professjonisti mid-Dipartiment tal-Kura Primarja se joffru servizz ta’ kejl ta’ pressjoni u livell ta’ zokkor fid-demm.
·         fid-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex nhar it-Tlieta 10 t’Ottubru se jkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mis-1pm sal-5pm (l-aħħar reġistrazzjoni sal-5pm).
Huwa importanti li wieħed jieħu il-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.