Piloti vs Kaptana tal-Baħar

Ritratt: The Fotografer

Edizzjoni oħra tal-programm Ħadd Għalik ippreżentat minn Angie Laus jitwassal illum il-Ħadd fuq TVM fil-12.15pm. Se jkunu qed jikkompetu l-pilota kontra l-Kaptana tal-Baħar.

Għall-piloti jikkompetu Charmaine St John, Mariah Cassar, Manuel Grech u Thomas Spiteri.

Mariah Cassar ilha madwar sentejn ittajjar l-ajruplani ż-żgħar. Bdiet tistudja ta’ 15-il sena minkejja li kienet diġà omm. Minn mindu kienet żgħira kienu jaffaxinawha l-ajruplani u għamlet żmien twil tgħid li tixtieq issir airhostess. Issa qegħda tistudja biex iġġib il-liċenżja tal-ajruplani kummerċjali. 

Manuel Grech għandu 31 sena. Minkejja li meta kien iżgħar ma kellux flus biżżejjed biex jistudja għal pilota f’Malta, mar Florida biex iġib il-liċenżja tal-ajruplani ż-żgħar  minħabba li sema’ li l-eżamaijiet hemm hekk kienu irħas. Meta kien żgħir ma’ tantx kien jieħu gost meta jitla’ fuq xi ajruplan għax  waqt l-ewwel titjira tiegħu kien ħares ‘l-lisfel u ħa qata’ xħin ra dak l-għoli kollu. Jiftakar ukoll li kien għamillu d-deni ukoll! Illum il-ġurnata is-safar huwa r-rutina ta’ kuljum peress li jaħdem bħala pilota. 

Għall-kaptana tal-baħar se jkunu qed jieħdu sehem:  Sandro Gatt. Alfred Caruana, Paul Bartolo u Joe Vella.

Ritratt: The Fotografer

Paul Bartolo qatta’ ħajtu jaħdem fuq il-baħar bħala kaptan tad-dgħajjes li jwasslu lit-turisti u lil Maltin minn Malta għal Kemmuna, però l-ewwel xogħol tiegħu kien ġo fabbrika. Kien il-playboy tal-fabbrika għax kien hemm mat-300 tfajla jaħdmu miegħu u kien joħroġ ma’ waħda ġdida kuljum. Ommu dejjem kienet tarah fuq il-funtana tal-belt ma xi waħda ġdida u dejjem kienet tirrabja miegħu!

Ħa sehem f’ħafna films, saħansitra darba  daħal minflok l-attur Danny Trejo, għax kellu jiġi hawn Malta iżda kellu jikkanċella. Spiċċaw ingaġġaw lil Paul minħabba x-xebħ li hemm bejniethom u komplew ixebbħuħ permezz tal-irtokk.

Sandro Gatt beda jaħdem fuq il-baħar b’kumbinazzjoni għax ħuh sablu xogħol part time waqt li kien għadu qed jistudja biex jaqla’ ftit tal-flus. Kien jaqta’ l-biljetti lill-passiġġieri fuq id-dgħajsa minn Tas- Sliema għall-Belt lill-passiġġieri.  Min kellu jgħidlu li għad isir Kaptan tal-baħar  professjonali u eventwalment ikun ix-xogħol tiegħu? 

Però għalkemm jaħdem fuq il-baħar, ma tgħaddilux minn moħħu li jmur vaganza fuq cruise! Kull darba li jsiefer, dejjem tintiliflu l-bagalja.

Ritratt: The Fotografer

Illum waqt il-programm Ħadd Għalik se jitwasslu bosta kurżitajiet oħra dwar dawn u l-parteċipanti l-oħra.

Ritratt: The Fotografer

Iżda fuq kollox, liema se jkun it-tim rebbieħ fil-programm tal-lum?