Pilota jwaqqaf ajruplan biex koppja anzjana tara lin-neputi jmut

Pilota tal-linja tal-ajru Etihad irċieva ħafna tifħir mill-pubbliku wara li waqqaf ajruplan milli jtir sabiex koppja anzjana li kien hemm abbord tkun tista’ tinżel u tmur tara lin-neputi tagħha li kien qed imut fl-isptar.
Becky Stephenson marret fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Travel Gossip biex pubblikament tfaħħar lill-pilota għall-ħsieb u l-kunsiderazzjoni tiegħu.
Il-koppja kienet qed tivjaġġa mill-Awstralja minn Abu Dhabi biex iżuru xi membri tal-familja u kienu se jitfu l-mowbajl hekk kif l-ajruplan kien qiegħed fir-runway tal-ajruport ta’ Manchester. Dak il-ħin huma raw messaġġ fuq il-mowbajl li kien bagħtilhom il-ħaten.
Meta ċemplulu lura biex jgħidulu li l-ajruplan kien se jtir ftit sekondi oħra, hu tahom l-aħbar il-ħażina li n-neputi ntbagħat l-ITU.
Huma qalu din l-aħbar lill-membri tal-kabina, fejn immedjatament il-pilota dawwar l-ajruplan minn fuq ir-runway lura lejn il-grada sabiex iż-żewġ anzjani jkunu jistgħu jinżlu ħalli jingħaqtu man-naputi tagħhom.