Pilatus Bank: Efimova titħallas; imma trid ġustizzja

Read in English.

L-eksimpjegata tal-Bank Pilatus u l-Whistleblower fil-każ Egrant, ir-Russa Maria Efimova kkonfermat ma’  Newsbook.com.mt li sentejn wara tħallset mill-eksimpjegatur tagħha, Ali Sadr Hasheminejad. Hasheminejad, kien arrestat fl-Istati Uniti fix-xhur li għaddew, akkużat b’evażjoni ta’ sanzjonijiet, frodi u ħasil ta’ flus.

Ma’ Newsbook.com.mtEfimova qalet li minkejja li tħallset, l-aktar ħaġa importanti għaliha hi li ssir ġustizzja.

Il-ġimgħa li għaddiet, il-Qorti tal-Appell Griega kkonfermat is-sentenza li Efimova ma tiġix estradita lejn Malta. Diversi rapporti fix-xhur li għaddew juru li Efimova kienet suġġetta għal diversi kampanji ta’ assassinju tal-karattru. Sadr akkuża lil Efimova li ffrodatu xi flus. Sadr ma kienx ħallas lil Efimova tax-xogħol li wettqet meta kienet assistenta eżekuttiva tiegħu.

L-istorja kienet żvelata fuq il-blogg ta’ Manuel Delia.