Pikles tal-bżar ikkulurit

Ingredjenti

3 bżariet ikkuluriti, maħsulin

nofs basla mqattgħa rqiq

1 kuċċarina żokk tal-karfus imqattgħa rqiq

kikkra u nofs cider tat-tuffieħ

kikkra u kwart ilma

kikkra zokkor

kuċċarina melħ

Metodu

Naddaf il-bżar miż-żerriegħa u aqta’ z-zkuk. Aqtagħhom għat-tul f’biċċiet ta’ madwar 2ċm. Ifred il-biċċiet tal-basal u żidhom magħhom f’bieqja li tiflaħ għas-sħana. Żid il-karfus.

Lesti s-salmura billi tħallat f’kazzola s-cider, l-ilma, iz-zokkor u l-melħ. Saħħan sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli. Ħalli jiksaħ minuta.

Ferragħ s-salmura fuq il-bżar, il-basal u l-karfus. Ħawwad tajjeb għal minuta. Ħalli l-bżar jiksaħ imbagħad daħħal fil-friġġ għal 24 siegħa.

Qassam il-bżar f’kontenituri. Żommhom fil-friġġ fejn jibqgħu tajbin għal madwar xahar.