Pietro Ghedin konfermat kowċ tat-tim nazzjonali għal sentejn oħra

Il-Malta Football Association ikkonfermat lil Pietro Ghedin bħala l-kowċ tat-tim nazzjonali Malti għal sentejn oħra.
Dan ifisser li Ghedin se jmexxi lit-tim nazzjonali Malti għall-partiti minn Grupp F ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018.

Il-ftehim ma’ Ghedin intlaħaq wara laqgħa bejn l-istess kowċ nazzjonali u Norman Darmanin Demajo, President tal-MFA. 
Taħt Pietro Ghedin, it-tim nazzjonali Malti, kellu diversi partiti u wirjiet tajbin li bihom kompla jkabbar ir-reputazzjoni u r-rispett li kellu fix-xena tal-futbol internazzjonali.