Pietà Hotspurs lura fil-Premier

Wara li Pietà Hotspurs kienu ilhom fil-kampjonat tal-ewwel diviżjoni mill-istaġun 2008/9, issa ġew promossi għall-kampjonat premier.
Kull ma kien jonqoshom punt wieħed biss u ħaduh meta lbieraħ ġew dro ta’ 2-2 ma’ Lija Athletic.
Pietà Hotspurs għalhekk huma diġa rebbieħa tal-kampjonat b’46 punt.
Għalissa huma qegħdin b’seba’ punti fuq Zebbug Rangers li llum ikunu fl-azzjoni kontra Hamrun Spartans u ħmistax-il punt fuq Lija Athletic.
Wara l-partita li ntlagħbet fis-2pm fil-Luxol Stadium, il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet kienu fil-każin tal-Pietà Hotspurs, fejn ittelgħet il-bandiera fuq il-bejt tal-istess każin.
Ma naqsux l-istess partitarji li ferħu bir-raġun għal din il-promozzjoni tant mistennija minnhom.
Intant fit-tieni logħba li kellna fl-ewwel diviżjoni, St. Andrew’s telgħu fil-ħames post meta għelbu lil Zurrieq bl-iskor ta’ 5-3.
Illum ikollna dawn il-partiti fil-Victor Tedesco Stadium, fil-Ħamrun:
Fis-2pm St. George’s vs Gzira United
Fl-4:15pm Hamrun Spartans vs Zebbug Rangers
Fl-Istadium taċ-Ċentinarju f’Ta’ Qali:
Fis-2pm Msida St. Joseph vs Gudja United
Fl-4:15 pm Zejtun Corinthians vs Birzebbuga St. Peter’s.