Pieni kontra t-terroriżmu jonqsu minħabba l-Moneyval

Il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis qal li l-pieni għal għomor il-ħabs minħabba t-terroriżmu qed jonqsu minn għomor il-ħabs għal 12-il sena sa għomor il-ħabs u dan qed isir skont il-gwida tal-Moneyval.

Huwa spjega kif filwaqt li l-ogħla piena tibqa’ għomor il-ħabs, tista’ tingħata piena ta’ 12-il sena ħabs. Huwa qal li dan qed isir biex jiddaħħal il-kunċett ta’ proporzjonalità fejn żewġ atti terroristiċi differenti jingħataw pieni differenti kif ukoll konformità fost il-pajjiżi fejn terrorist ma jagħżilx il-post fejn iwettaq l-att skont il-pieni li jingħataw f’dak il-pajjiż partikulari.

Zammit Lewis qal li madanakollu, l-multa għall-atti terroristiċi żdiedu għal €5 miljuni.