16 jaħarqu u joqtlu studenta fil-Bangladesh; piena tal-mewt

Qorti fil-Bagladesh tat il-piena tal-mewt lil 16-il persuna li kienu involuti fil-qtil ta’ studenta wara li tawha n-nar. Dan għax hi kienet akkużat lill-għalliem tagħha b’abbuż sesswali.

Nusrat Jahan Rafi li kellha biss 19-il sena nqatlet f’April f’Feni. Villaġġ żgħir madwar 160 kilometru ‘l barra mill-kapitali Dhaka. Fost il-persuni akkużati hemm l-għalliem inkwistoni u żewġ student li kienu fl-istess klassi tagħha.

Il-qtil tagħha wassal għal bosta protesti li talbu għall-ġustizzja. Il-każ tagħha fil-Qorti kien wieħed mill-aktar mgħaġġla fil-pajjiż. Dan hekk kif ġeneralment każijiet tat-tip jieħdu snin twal biex jiġu konklużi.