Piena ta’ mewt għall-ħatja tgħatti l-verità – is-sieħba ta’ Khashoggi

FILE PHOTO: Hatice Cengiz, Turkish fiancee of slain Saudi journalist Jamal Khashoggi, speaks during a news conference to present a book on Khashoggi, in Istanbul, Turkey February 8, 2019. REUTERS/Murad Sezer/File Photo

Read in English.

Is-sieħba tal-ġurnalist maqtul mill-Arabja Sawdija Jamal Khashoggi ddeskriviet il-piena ta’ mewt mgħotja lil ħames persuni b’rabta mal-qtil bħala inġusta u invalida. Qalet li l-eżekuzzjoni tagħhom se tkompli tgħatti l-verità.

Khashoggi sparixxa wara li daħal fil-konsulat tal-Arabja Sawdija f’Istanbul fit-2 ta’ Ottubru 2018. Dan biex jikseb dokumenti għat-tieġ tiegħu. Skont rapporti, il-ġisem tiegħu tqatta’ biċċiet u tneħħa mill-bini. Il-fdalijiet tiegħu qatt ma nstabu.

Skont ir-Reuters, Qorti Sawdija t-Tnejn ikkundannat ħames persuni għall-mewt. Tlieta oħra ngħataw sentenza ta’ ħabs. Tliet persuni oħra nstabu mhux ħatja. Investigatur tan-Nazzjonijiet Magħquda (UN) akkuża lil Riyadh talli qed iżżeblaħ bil-ġustizzja billi eżonorat persuni fil-poter li setgħu ordnaw il-qtil.

Il-Qorti Sawdija ċaħdet is-sejbiet ta’ inkjesta tal-UN billi qalet li l-qtil ma kienx ippjanat minn qabel u li sar fis-saħna tal-mument.