Piena kapitali għal żewġ persuni fiċ-Ċina

Żewġ persuni ngħataw il-piena kapitali filwaqt li tlieta oħra ntbagħtu l-ħabs wara ġlieda f’Xinjiang, iċ-Ċina – kunflitt li ħallha 21 persuna mejta.

L-inċident imur lura għat-23 April li għaddha. Fl-inċident tilfu ħajjithom 15-il uffiċċjal u membri tas-sigurta’. Dwar dan il-każ, il-Gvern Ċiniż kien qal li kien attakk pjanat minn grupp terroristiku vjolenti. Minkejja dan, oħrajn qed iqisu li dan il-kunflitt seħħ minħabba tensjoni etnika f’dan ir-reġjun.

F’dan ir-reġjun jgħixu minorità Musulmana u Ċiniż li ta spiss ikun hemm ġlied bejniethom.