Riċetta u ritratt: Tanya Zammit
Ikollok bżonn
500g pitravi
500ml ħall
2 msiemer tal-qronfol
2 weraq randa
10 peppercorns suwed
melħ
Metodu
Poġġi l-pitravi ġo kazzola u iksihom bl-ilma. Żid ftit melħ u għallihom. Baxxi n-nar u ħallih itektek għal sagħtejn jew sakemm jirtabu l-pitravi.
Neħħi l-pitravi mill-kazzola u ħallihom jibirdu. Wara qaxxarhom u sslajsjahom.
Poġġi pitravi fil-vażetti flimkien mal-imsiemer tal-qronfol, il-weraq tar-rand u l-peppercorns.
Itfa’ l-ħall f’kazzola b’qiegħ oħxon u għallih għal 3 minuti. Neħħih minn fuq in-nar.
Itfa’ l-ħall ġol-vażetti u iksi l-pitravi. Issiġlla b’għatu li jagħlaq l-arja.
Aħżnu fid-dlam għal 14-il ġurnata qabel ma tużah.
Jibqa’ tajjeb għal sena.
Kif tisterilizza l-fliexken
Għalli l-fliexken f’borma fonda għal 5-10 minuti.
Poġġihom rashom ’l isfel fuq sarvetta u ħallihom jinxfu waħedhom.