Piccalilli

Ingredjenti

450g kull wieħed ta’ basal żgħir imqaxxar, il-fjuri tal-pastard, ħjar bla żerriegħa u fażola twila mnaddfa

340g melħ mill-oħxon

750ml ħall abjad

1 mgħarfa ta’ trab tal-mustarda, ġinġer mitħun u trab taż-żagħfran (turmeric)

2 rjus tat-tewm, imqattgħa

175 zokkor ismar

3 mgħaref cornflour

fliexken sterelizzati

Metodu

Poġġi l-ħaxix f’kontenitur mhux tal-metall. Roxx il-melħ, ħawwad u wara li tgħatti l-kontenitur ħallih għal matul il-lejl f’post frisk.

L-għada ferragħ l-ħall f’borma, żid l-ispices u għalli.

Neħħi l-ħaxix mill-kontenitur u laħlaħ tajjeb taħt l-ilma tal-vit għal 3-5 minuti. Poġġi fil-ħall sħun u sajjar għal bejn 20-25 minuta sakemm jirtabu. Żid iz-zokkor u kompli sajjar għal 1-2 minuti oħra.

Ħallat il-cornflour bi ftit ilma u żidu mal-ħaxix sħun. Saħħan sakemm jibda jagħli u ħawwad għal minuta sakemm ikollox taħlita ftit magħquda.

Neħħi minn fuq in-nar u ħalli tibred għal 15-il-minuta. Ferragħ fil-fliexken sterelizzati u agħlaq tajjeb. Żomm il-fliexken f’post mudlam għal 3-4 ġimgħat qabel tibda tużahom.

Biex tisterillaza l-fliexken: aħsilhom f’ilma sħun bis-sapun, laħlaħhom u ħallihom għal 15-il minuta f’forn baxx, 130˚C/250˚F.

Il-piccalilli huwa ideali biex tieħdu waqt picnic, għal mas-sandwiches u mal-bajd iebes.