Piatek ikompli jimpressjona fis-Serie A

L-attakkant Polakk kellu bidu brillanti fl-avventura tiegħu fis-Serie A wara li skurja 8 gowls f’6 logħbiet. Genoa xtraw lil Piatek għas-somma ta’ €4m biss matul is-sajf li għadda wara żewġ staġuni prolifiċi ma’ Cracovia fejn skurja 32 gowl f’64 logħba.

Il-plejer ta’ Genoa huwa l-ewwel debuttant fis-Serie A li skurja tminn gowls fl-ewwel 6 logħbiet minn meta l-plejer tal-Atalanta Karl Aage Hansen skurja l-istess ammont fl-istaġun 1949-50. Piatek skurja wkoll erba’ darbiet f’partita tal-Coppa Italia kontra Lecce f’Awissu l-għadda.