​Photoshoot mat-tarbija li kienet għadha kif mititilha

Omm b’qalb maqsuma ppożat għar-ritratti ma’ bintha li kienet ilha li mietet ħamest ijiem.
Għal ħafna tinstema’ xi ħaġa kerha, iżda Laura Winner mill-Istati Uniti, tħeġġeġ lil ommijiet li jiġrilhom bħalha biex jagħmlu l-istess, għax fi kliemha tgħinhom iħossuhom aħjar.
Hi tilfet lil bintha Adaline b’Sudden Infant Death Syndrome (SIDS) jew kif inhi aktar magħrufa cot death, meta kellha biss seba’ ġimgħat. Dan ifisser li t-tarbija tmut għall-għarrieda fl-irqad fl-ewwel xhur tal-ħajja.  
Laura, li issa għandha tifla oħra, iddeskriviet kif uħud minn sħabha u qrabatha kkritikawha għax qalu li ma kienx mument adattat, iżda saħqet li hi ssib il-paċi meta tħares lejn ir-ritratti.
Għaliha, dan huwa mod kif iżżomm il-memorja ta’ bintha ħajja.
“Żammejtha fi ħdani għal sigħat sħaħ dakinhar, immelsilha xagħarha u nkellimha. Ma ridtx ngħidilha ċaw”, kompliet tgħid. 
X'jista' jsir biex jitnaqqas ir-riskju ta' cot death?
Ir-riskju li jseħħ cot death jista’ jitnaqqas billi fost l-oħrajn it-tarbija titraqqad dejjem fuq daharha u sa sitt xhur titraqqad fl-istess kamra mal-ġenituri.