Phoebe taddotta l-familja ta’ Clare Agius

Clare Agius

Read in English.

Il-kelba Phoebe hija l-membru l-ġdid fil-familja tal-preżentatriċi Clare Agius.

Fuq Instagram, Agius spjegat li kienet fuq waħda mill-mixjiet tagħha fir-Riviera Martinique mat-tfal tagħha meta marret tiġri fuqhom kelba ferriħija. Ftit wara ltaqgħu ma’ Vanessa li kienet ilha tieħu ħsieb il-kelba minn żmien il-Milied.

“Erġajna lura għall-5! Phoebe pjuttost adottatna u klieb li jkunu salvati huma l-favoriti tiegħi,” kitbet Agius b’riferenza għall-fatt li l-kelba kienet qed titrawwem mill-grupp Rescued is my Favorite Breed Malta.

“Dawn in-nies jagħmlu xogħol mill-aqwa! Ħamest ijiem ilu qalulna li l-kelba kienet lesta għall-adozzjoni u wara prova ta’ 24 siegħa fid-dar tagħna hi tħalltet magħna tajjeb!” ikkummentat il-preżentatriċi li żiedet tgħid li dan hu mod eċċellenti beix tibda s-sena l-ġdida.

Clare Agius / Instagram
Clare Agius / Instagram

Għal aktar tagħrif fuq Rescued is My Favurite Breed tista’ tidħol fil-paġna tagħhom ta’ Facebook.