Ilbieraħ filgħaxija tħabbru uffiċjalment ir-rebbieħa tal-Premju Anzjanità għas-sena 2020.
Il-Premju Anzjanità Attiva, li huwa avveniment ta’ skala nazzjonali jiċċelebra l-ammont kbir ta’ xogħol, impenn u dedikazzjoni fis-settur tal-Anzjanità Attiva. Din is-sena,minħabba l-pandemija, l-avveniment sar b’mod virtwali.
Din is-sena, il-bord laqa’ applikazzjonijiet għal disa’ premjijiet. Apparti dawn id-disa’ premjijiet, ġie deċiż ukoll mill-bord tal-għażla u mis-Segretarjat Parlamentari li għandu jingħata wkoll premju ta’ rikonoxximent.
Ir-rebbieħa ta’ kull premju huma:
Premju Anzjanità Attiva 2020 – Philip Chircop;
Premju Anzjanità Akkademika 2020 – Doris Cannataci;
Premju Anzjanità Sportiva 2020 – Lawrence Bugeja;
Premju Koppja Miżżewġa 2020 – Il-kriterji ta’ eliġibilità ma’ ġietx milħuqa;
Premju Mudell Ideali 2020 –Lilian Plumpton;
Premju Anzjanità Attiva Kulturali 2020 – Paul Fenech;
Premju Solidarjetà Interġenerazzjonali 2020 – Maria Theresa Camilleri;
Premju Anzjanità Attiva fid-Djar Residenzjali 2020 – Gaetano D’ Amico;
Premju Nanniet tas-Sena 2020 – Frangiska Briffa;
Premju bħala rikonoxximent mis-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabbiltà – Alfred Lewis.
Waqt din iċ-ċerimonja, il-President ta’ Malta George Vella qal li s-solitudni fost l-anzajani tista tkun kiefra.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Silvio Parnis qal li l-gvern qiegħed juri l-apprezzament tiegħu lejn kull min qed jaħdem għal soċjetà iżjed inklussiva. Huwa saħaq fuq l-importanza li l-anzjani jibqgħu attivi. Semma wkoll kif ftit tal-ġimgħat ilu tniedet l-istrateġija politika nazzjonali għall-anzjanità attiva 2021-2027.