Phil Neville jappella biex il-komunità tal-futbol tieqaf tuża l-midja soċjali

Il-maniġer tat-Tim Nazzjonali Ingliż tan-nisa Phil Neville qal li l-futbolers għandhom jagħmlu bojkott u ma jużawx il-midja soċjali biex jibgħatu messaġġ qawwi li l-abbuż mhux aċċettabli.

Il-kumment ta’ Neville ġie wara li l-midfielder ta’ United, Paul Pogba għadda minn abbuż razzjali onlajn wara li tilef penalty kontra Wolves nhar it-Tnejn. Neville qal li bħala komunità tal-futbol, għandhom jieħdu azzjoni drastika biex jikkumbattu dan.

Hu qal li tilef it-tama fil-persuni li qed imexxu xi sit tal-midja soċjali u għalhekk appella biex il-komunità tal-futbol tagħmel sitt xhur ma jużawx il-midja soċjali.